IMHALLFIN
S.T.O. CARMELO SCHEMBRI LL.D. - PRESIDENT
ONOR. HUGH HARDING B.A., LL.D., F.S.A., F.R.Hist.S.
ONOR. CARMELO A. AGIUS B.A., LL.D.
Seduta ta' nhar il-Hamis, 7 ta' Awissu, 1986
Numru 5
Rikors Nru. 152/85
Avukat Dottor Louis Galea bhala Segretarju Generali tal-Partit
Nazzjonalista u ghan-nom u in rapprezentanza ta' l-istess
vs.
Segretarju tad-Djar
Il-Qorti,
Rat ir-rikors prezentat fit-28 ta' Awissu, 1985 fil-Prim'Awla
tal-Qorti Civili li bih l-Avukat Louis Galea, fil-kwalita' tieghu
fuq imsemmija, wara li ppremetta:-
(1) illi fit-18 ta' Gunju, 1985, huwa akkwista b'titolu ta'
lokazzjoni l-fond dekontrollat 115 u 116 Saint Joseph Street,
Luqa, sabiex l-istess fond jintuza bhala sede sezzjonali tal-
Partit Nazzjonalista gewwa Hal-Luqa, sabiex iservi bhala centru
ta' tixrid ta' idejat u informazzjoni politika f'Hal Luqa;
(2) illi fil-31 ta' Lulju, 1985, permezz ta' ittra l-intimat
hedded li sejjer jizgombra lir-rikorrent nomine mill-imsemmi fond
bis-sahha ta' Requisition Order "numru 332";
(3) illi fis-6 ta' Awissu, 1985, ir-rikorrent kiteb lill-intimat
fejn fost ohrajn wissieh li dak li kien qieghed jhedded li se
jaghmel ma kien xejn ghajr diskriminazzjoni politika kontra l-
Partit Nazzjonalista u attentat sabiex l-intimat ma jhallix lill-
istess Partit ikollu sede sezzjonali f'Hal-Luqa, kif ghandu l-
Partit fil-Gvern, fejn jista' jespleta l-attivitajiet tieghu;
(4) illi l-agir ta' l-intimat li jisgassa l-fond u jizgombra lir-
rikorrent kien illegali billi l-istess fond kien dekontrollat u
ghalhekk ma setax jigi rekwizizzjonat skond il-ligi. Illi r-
raguni ghaliex jezisti registru tad-djar dekontrollati li l-
pubbliku jista' jikkonsulta (u ghal kuntrarju ma jezisti ebda
registru ta' djar rekwizissjonati) hu proprju li min ikun ser
jixtri dar jista' jara jekk dik id-dar hix dekontrollata u allura
ma tistax tigi rekwizizzjonata. L-ezistenza ta' certifikat ta'
dekontroll tipprezumi bilfors l-inezistenza ta' "requisition
order";
(5) illi fit-8 ta' Awissu, 1985, nonostante din l-ittra ta' l-
esponent, u nonostante illi fis-7 ta' Awissu, 1985 l-esponent
applika ghall-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni kontra l-intimat,
dan ta' l-ahhar qabad u sgassa l-fond in kwistjoni, u hareg l-
oggetti kollha proprjeta' tar-rikorrent, mehtiega ghat-tmexxija
tas-sede sezzjonali;
(6) illi dana l-agir ta' l-intimat, li in forza tieghu il-Partit
Nazzjonalista gie spossessat u spoljat vjolentement mis-sede
tieghu f'Hal Luqa, kien motivat biss politikament u cioe' sabiex
jopprimi lill-Partit Nazzjonalista u jimpedih milli jkollu sede
f'Hal Luqa u fl-istess waqt jaghti vantagg politiku car lill-
Partit tal-Gvern;
(7) illi din id-diskriminazzjoni hija aktar cara u lampanti meta
wiehed jikkonsidra li f'iktar minn okkazzjoni wahda, is-
Segretarju tad-Djar mhux biss ma hatafx u ma kecciex lill-partit
fil-Gvern mis-sede tieghu, izda talli rrekwisizzjona djar ta'
abitazzjoni ta' cittadini Maltin sabiex jallokahom mill-istess
Partit fil-Gvern ghall-uzu tas-sede tieghu;
(8) illi l-esekuzzjoni tal-allegata requisition order vantata
mill-intimat, poggiet lill-Partit Nazzjonalista f'pozizzjoni li
ma ghandux sede f'Hal Luqa meta qabel kellu dana c-centru ta'
attivita';
(9) illi mehuda in konsiderazzjoni c-cirkostanzi u fatti kollha
tal-kaz, l-agir ta' l-intimat kien in vjolazzjoni ta' l-artikolu
46 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, peress illi l-intimat agixxa
b'mod differenti ma' persuni differenti u dana minhabba, jew
principalment minhabba l-opinjoni politika taghhom, b'mod li
persuni ta' deskrizzjoni wahda gew assoggettati ghal zvantaggi u
restrizzjonijiet li ghalihom ma gewx assoggettati persuni ta' l-
istess deskrizzjoni, li anzi nghatalhom privileggi u vantaggi;
(10) illi barra minn dan, fid-dawl tal-premess, l-agir ta' l-
intimat jivvjola wkoll l-Artikolu 42 tal-Kostituzzjoni ta' Malta,
peress illi minhabba l-agir illegali ta' l-intimat, il-Partit
Nazzjonalista gie spossessat mis-sede u centru tieghu f'Hal Luqa
mehtiega ghat-tixrid ta' ideat u informazzjoni politika, filwaqt
li l-Partit tal-Gvern gie mholli bla tfixkul fit-tgawdija tad-
dritt li jxerred l-ideat u l-informazzjoni tieghu f'dan il-lokal
u illi ghalhekk giet menomata l-liberta' ta' espressjoni ta' l-
istess partit politiku li l-esponent jirrapprezenta, inkluza l-
liberta' li jesprimi l-idejat tieghu u jikkomunika idejat u
informazzjoni bla indhil, permess tas-sede tieghu; talab li dik
il-Qorti joghgobha:-
(1) tiddikjara illi l-agir ta' l-intimat meta dan cahad il-
Partit Nazzjonalista mill-possess materjali, wara li sgassa, tal-
fond 115 u 116 Saint Joseph Street, Luqa, centru tal-partit
Nazzjonalista, kien in vjolazzjoni ta' l-Artikolu 46 tal-
Kostituzzjoni ta' Malta, u cieo' illi dan l-agir jammonta ghal
diskriminazzjoni politika kontra u fil-konfront tal-Partit
Nazzjonalista;
(2) tiddikjara illi l-istess agir ivvjola d-drittijiet
fondamentali tar-rikorrent nomine sanciti fl-Artikolu 42 tal-
Kostituzzjoni ta' Malta, u cioe' l-liberta' ta' l-espressjoni;
(3) konsegwentement tordna lill-intimat sabiex minnufih jaghti
lura l-possess tal-fond 115 u 116 Saint Joseph Street, Luqa,
lill-istess rikorrent nomine, u fin-nuqqas huwa jigi awtorizzat
hu stess illi jirriprendi possess tal-imsemmi fond, jikkonsenja
lura l-oggetti kollha minnu abusivament mehuda mill-fond in
kwistjoni fl-istat u kondizzjoni tajba illi kienu meta huwa
hadhom u ma jaghmel xejn sabiex jimpedixxi lir-rikorrent nomine
milli jaghmel uzu tal-fond fuq imsemmi bhala sede sezzjonali tal-
Partit Nazzjonalista, u jhallas lill-istess rikorrent kumpens
xieraq ghall-privazzjoni ta' l-uzu u tgawdija u d-danni
konsegwenzjali; bl-ispejjez inkluzi dawk tal-proceduri tal-
Mandat ta' inibizzjoni inizjati fis-7 ta' Awissu, 1985 u tal-
Protest gudizzjarju tad-9 ta' Awissu, 1985 kontra l-intimat; u
salv kwalunkwe azzjoni ghad-danni spettanti lir-rikorrent skond
il-kaz.
Rat ir-riposta prezentata fl-4 ta' Settembru, 1985, li fiha s-
Segretarju tad-Djar qal:-
(1) illi preliminarjament, id-drittijiet u libertajiet
fondamentali tal-individwi protetti mill-Kostituzzjoni jispetta
lill-persuni fisici mhux lil persuni guridici jew xi ghaqda ta'
persuni u ghalhekk it-talbiet tar-rikorrent nomine ghandhom jigu
michuda;
(2) illi inoltre u bla pregudizzju jigi rilevat li d-Dekontroll
tal-fond St. Joseph Street, Luqa ma jipprevalix fuq ir-
Requisition Order tas-27 ta' Jannar, 1983, R.O. Numru 332 stante
li ma gietx segwita l-procedura ndikata fl-Ordinanza XIX tal-1959
Artikolu 6(2)(3) u l-istess Dekontroll huwa bla effett vis-a-vis
l-istess Requisition Order. Ghalhekk l-agir tas-Segretarju tad-
Djar huwa skond il-ligi u b'dan, ir-rikorrent nomine, kien jaf
wara l-kontro-protest tat-13 ta' Awissu, 1985;
(3) illi fil-mertu l-intimat bl-ebda manjiera ma kiser il-
Kostituzzjoni b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 46 stante li hu
mexa skond il-poteri li taghtih il-ligi u skond l-istess
Kostituzzjoni ta' Malta; ghaldaqstant it-talbiet tal-Avukat
Dottor Louis Galea fil-kwalita' tieghu ta' Segretarju Generali
tal-Partit Nazzjonalista u ghan-nom u in rapprezentanza tal-
istess ghandhom jigu michuda bl-ispejjez.
Rat il-verbal tat-18 ta' Frar, 1986 li minnu jirrizulta illi l-
Avukat Tonio Borg ghar-rikorrenti ghamel il-mistoqsija li gejja
lix-xhud Avukatessa Abigail Lofaro, l-intimata Agent Segretarju
tad-Djar, u cioe':-
"Liema huma l-kazini tal-Partit Laburista illi llum qeghdin
f'idejn l-istess Partit wara li gie allokat lilhom wara l-hrug
ta' ordni ta' rekwizizzjoni?"
Rat it-talba ta' l-imsemmija xhud kif verbalizzata bl-imsemmi
verbal tat-18 ta' Frar, 1986 (fol. 115) biex tigi ezenta milli
tirrispondi din id-domanda peress illi r-risposta trid tohrog
minn files privileggjati tal-Gvern;
Rat id-decizjoni ta' dik il-Qorti tat-3 ta' Marzu, 1986, li
permezz taghha dik l-imsemmija Qorti ddecidiet li x-xhud Dr.
Abigail Lofaro ghandha tirrispondi ghall-imsemmija mistoqsija, u
ddifferiet il-kawza biex tinstema' din ix-xhud u ghall-provi l-
ohra tar-rikorrent, u dan wara li kkunsidrat:-
Illi qabel xejn ghandu jissemma illi d-domanda fuq imsemmija
kienet ga giet maghmula lill-istess xhud fis-seduta tas-6 ta'
Frar, 1986, waqt li dina kienet giet prodotta bhala xhud mir-
rikorrent. Dik in-nhar ix-xhud Avukatessa Lofaro rrispondiet kif
gej:-
"Jiena ma naf b'ebda kaz fejn kien hemm allokazzjoni mid-
Dipartiment tal-Housing lill-Partit Laburista.
Sabiex nirripondi din id-domanda inkun irid naghmel izjed ricerka
u nipprometti li naghti risposta fis-seduta li gejja".
Wara din ir-risposta x-xhieda giet sospiza u l-kawza giet
differita ghat-18 ta' Frar, 1986, ghall-kontinwazzjoni tal-ezami
tax-xhud imsemmija.
Illi meta saret dina d-domanda lix-xhud l-ewwel darba, l-Avukat
tar-Repubblika oggezzjona ghall-istess domanda ghar-raguni li,
kif irritjena huwa, dina kienet irrilevanti; il-Qorti, b'digriet
tas-6 ta' Frar, 1986, iddecidiet illi "stante li wiehed mill-
motivi li gew migjuba 'l quddiem mir-rikorrent fir-rikors tieghu
jirrigwarda diskriminazzjoni kontra u fil-konfront tal-Partit
Nazzjonalista, d-domanda hija rilevanti" u ghalhekk giet ammessa.
Ga la darba l-mistoqsija kienet rilevanti, ir-rikorrent ghamilha
lix-xhud u dina minn naha taghha ma nvokatx il-privilegg li
taghti l-ligi tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili fl-Artikolu
589; l-anqas ma giet registrata xi oppozizzjoni da parti tal-
intimat sabiex dina x-xhud ma tirrispondix ghaliex l-
informazzjoni mitluba mid-domanda kienet sejra tohrog minn files
tal-Gvern, li huma minnhom infushom konfidenzjali.
Illi fil-pratika twila li l-gudikant odjern kellu ma' tul il-
karriera tieghu ta' cirka tletin sena Avukat mal-Gvern; u minn
dejjem fil-pratika forensi, il-procedura li giet segwita
f'sitwazzjonijiet simili, jigifieri meta xi ufficjal tal-Gvern
jigi mharrek sabiex jixhed fuq fatti li johorgu minn files tal-
Gvern, kienet dejjem li l-ufficjal inkarigat jara mas-superjuri
tieghu jekk ghandux jew li jaghti l-informazzjoni; jekk il-
permess jinghata allura x-xhud jghid dak li jkun jaf mill-files;
jekk il-permess ma jinghatax ix-xhud jirrispondi billi jitlob li
jigi ezentat. F'dan l-ahhar kaz, il-Qorti, in omagg ghal dak li
jghid l-imsemmi artikolu 589, tezenta x-xhud milli jirrispondi.
Mill-esperjenza personali tal-gudikant, jista' jinghad li kien
hemm diversi kazi fejn l-impjegat tal-Gvern invoka l-privilegg u
bosta kazi ohra fejn il-privilegg ma giex invokat. Pero' kull
meta gie nvokat il-privilegg il-Qrati taghna dejjem imxew fuq dak
li jghid l-imsemmi Artikolu 589 u ezentaw ix-xhud milli jixhed.
Dan l-artikolu jghid, fost hwejjeg ohra, "Ebda xhud ma jista'
jkun imgieghel jikxef hwejjeg li jkun sar jaf minn rapporti, jew
minn ittri, dispacci, jew karti ohra li ghandhom x'jaqsmu ma'
korrispondenza ta' dipartiment tas-servizz pubbliku, sew civili
kemm militari, navali jew tal-forzi tal-ajru."
Fil-memorja tal-Imhallef sedenti kien hemm okkazjoni wahda biss
fejn il-Qorti ordnat xhud, impjegat tal-Gvern, biex jidher u jgib
mieghu kopja ta' dokument privileggat, u l-Imhallef Sedenti,
allura Avukat tal-Gvern, talab bil-miktub li l-Qorti thassar l-
istess ordni, u wara dina t-talba l-Qorti ma baqghetx tinsisti
ghax-xhieda u l-persuna mharrka la xehdet u l-anqas ma pproduciet
id-dokument.
F'dawk id-drabi fejn il-privilegg li johrog mill-ligi ma giex
invokat il-Qorti (salv dak li jintqal 'il quddiem dwar
pregudizzju ghas-servizz pubbliku) qatt ma waqqfu xhud li wera
ruhu pront li jixhed fuq fatti li saru maghrufa minnu minn files
tal-Gvern meta tkun saritlu mistoqsija li l-Qorti ma tkunx
iddecidiet li hija rrilevanti; u f'dana l-kaz tal-lum, kif ga
intqal, il-Qorti ddekretat li l-mistoqsija kienet rilevanti.
Ghalhekk dina giet ammessa.
Illi l-Agent Segretarju tad-Djar, l-Avukatessa Abigail Lofaro,
fl-erba' seduti li setghu jinzammu mill-Imhallef illum sedenti
f'din il-kaz bejn id-19 ta' Novembru, 1985 u t-18 ta' Frar, 1986,
tat ix-xhieda taghha fi tlett okkazzjonijiet, u cioe', fid-9 ta'
Jannar, 1986, fis-6 ta' Frar, 1986 u fit-18 ta' Frar, 1986. Fl-
ewwel zewg okkazzjonijiet dina x-xhud, Kap ta' Dipartiment tal-
Gvern, diversi drabi talbet li waqt li kienet tixhed tikkonsulta
l-files dipartimentali u ma wriet ebda ezitazzjoni li tirrispondi
ghal dawk il-mistoqsijiet li kienu qeghdin isirulha mir-rikorrent
u li r-risposti taghhom kellhom johorgu mill-files Governattivi.
Fil-kaz prezenti l-isvolgiment li hadu l-fatti huwa daqsxejn
differenti minn dak li soltu jigri meta, kif prospettat iktar 'il
fuq, ix-xhud jitlob li ma jixhedx. Hawnhekk ma ghandniex
semplicement, kaz ta' xhud li, jew qabel ma beda jixhed jew malli
tkun saritlu certa mistoqsija, jitlob, kif kellu d-dritt kollu li
jitlob, li ma jirrispondix u jinvoka l-privilegg rigwardanti
files Governattivi; f'kaz bhal dana dina l-Qorti bla ebda
ezitazzjoni ta' xejn kienet tezenta lix-xhud milli jaghti
risposta. Inveci dan tallum huwa kaz fejn ix-xhud
responsabilment mhux biss ma wrietx li kienet bi hsiebha topponi
l-privilegg ghall-mistoqsija li saritilha, anzi ippromettiet hija
stess illi tirrispondiha f'seduta ohra tal-Qorti wara li tkun
ghamlet it-tfittxijiet necessarji fil-files li hija kellha a
dispozizzjoni taghha bhala Agent Segretarju tad-Djar.
Fil-fehma tal-Qorti dina l-promessa torbot lix-xhud b'mod tali li
ma jippermettihiex tinhall minnha minn jeddha u li ma jhalli l-
anqas lill-istess Qorti l-fakolta' li thollha minnha. Malli
saret il-promessa u x-xhieda giet sospiza u l-kawza giet
differita ghall-kontinwazzjoni tal-ezami tal-istess xhud,
inholqot rabta fuq il-partijiet fis-sens illi mal-fatti l-ohra
tal-kawza kellhom ikunu komprizi l-fatti li jkollha fiha r-
risposta ghal dik id-domanda - ikun x'ikun il-valur taghhom
positiv jew negativ ghat-tezi tal-parti l-wahda jew l-ohra. Minn
hemm 'il quddiem origina l-obbligu f'kulhadd illi jaccetta dik
il-kwalita' ta' bazi ta' prova (fost ohrajn) li fuqha kellha ssir
il-kontestazzjoni u tigi deciza l-kwistjoni li tifforma meritu
ta' wahda mit-talbiet f'din il-kawza.
Il-Qorti hija tal-fehma ghalhekk illi gja la darba li fic-
cirkostanzi partikolar tal-kaz, li ga ssemmew, ix-xhud hadet
fuqha l-impenn li tirrispondi d-domanda, illum mhijiex izjed
miftuha ghaliha t-triq li tinvoka b'success il-privilegg
riferibilment ghall-istess domanda. Dik id-decizjoni ttiehdet
mix-xhud bir-responsabilta' ta' Kap ta' Dipartiment tal-Gvern li
nzerta wkoll parti fil-kawza minghajr ma hadd sfurzaha u l-Qorti
la kellha u l-anqas ghandha ghalfejn tindaga dwar il-procedura li
setghet segwiet ix-xhud qabel ma ddecidiet jew dwar ir-raguni li
setghet immotivata meta hadet id-decizjoni li hadet u ppromettiet
li taghti risposta ghad-domanda. Id-decizjoni hija dik li hi;
kull ma ghamlet il-Qorti kien li rregolat il-provi fuq id-
decizjoni li giet ipprezentata lilha.
Illi jonqos li jigi konsidrat jekk - b'dak kollu li ntqal qabel -
dana huwiex il-kaz li l-Qorti tuza d-deskrezzjoni li ghandha li
tezenta x-xhud milli tirrispondi fil-kaz li x-xhud hija fil-
pussess ta' nformazzjoni li tista' sservi bhala risposta ghall-
mistoqsija li saritilha u li ma tkunx informazzjoni li gejja minn
files Governattivi.
L-Artikolu 589 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili
jipprovdi kif gej:-
"(1) Huwa mholli ghad-diskrezzjoni tal-Qorti li tiddeciedi,
f'kull kaz partikolari, ......(omissis) meta xhud ma ghandux ikun
imgieghel jikxef hwejjeg li jistghu jkunu ta' hsara ghas-servizz
pubbliku".
In linea ta' massima jista' jinghad illi b'dina d-dispozizzjoni
l-ligi zgur mhijiex qeghda tirriferixxi ghall-kazijiet ta'
informazzjoni li xhud (hu min hu) ikun ha minn files Governattivi
- ghaliex dwar dina l-ispeci ta' informazzjoni l-ligi hija cara
bizzejjed u ma thalli ebda diskrezzjoni fil-gudikant meta tghid
illi xhud "ma jistax ikun imgieghel" jikxef hwejjeg bhal dawn.
Il-ligi ghall-kuntrarju hawnhekk tikkontempla hwejjeg li xhud ma
jkunx sar jafhom minn files Governattivi.
Issa din ix-xhud ghandha jew ma ghandhiex tithalla li tirrispondi
d-domanda billi ssemmi hwejjeg li hija setghet taf bihom imma li
ma tafx bihom minn atti jew dokumenti li jinsabu fil-files tal-
Gvern li hija ghandha taht idejha? Jekk tithalla tirrispondi u
tikxef dak li taf, jista' jkun hemm hsara ghas-servizz pubbliku?
U l-Qorti allura mhijiex gustifikata li tuza d-diskrezzjoni
taghha billi ma ggieghelx ix-xhud tirrispondi? Dawna huma l-
aspetti tal-problema li ghandhom jigu konsidrati mill-Qorti
sabiex il-kwistjoni odjerna tkun giet ezaminata ezawrentement
fil-punti kollha taghha.
Ghandu jinghad illi sa mill-qedem kien jinhass illi f'dawk il-
kazi fejn il-ligi ma tipprovdix tassativament ghall-kaz u thalli
ghall-arbitriju ta' min ghandu jiggudika kienet qeghda tinholoq
certa area ta' incertezza. Inghad:- Oprima est les quae minimum
relinquit arbitrio judicis; id quod certitudo ejus praestat;
optimus judex qui minimum sibi. (L-ahjar ligi hija dik li thalli
l-inqas ghad-diskrezzjoni tal-imhallef; il-vantagg johrog mill-
kjarezza taghha stess. U l-aqwa imhallef huwa dak li jafda l-
anqas ghad-diskrezzjoni tieghu).
Insibu li biz-zmien il-ligijiet li jirregolaw materja simili ghal
dik in ezami, hadu tendenza li jiddefinixxu l-funzjonijiet tal-
gudikant meta jigi biex iqis liema u sa fejn ghandha tkun ammessa
prova fil-Qrati meta jkunu nvoluti per ezempju nteressi
nazzjonali, l-andament tas-servizz pubbliku, il-konfidenzjalita'
ta' files tal-Gvern u ta' informazzjoni li giet a konjizzjoni ta'
xhud minhabba l-ufficcju, l-istat jew il-professjoni tieghu.
Dina t-tendenza ghandha direzzjoni ta' liberalizzazzjoni fis-sens
illi taghti aktar minn qabel l-opportunita' lill-gudikant li,
sabiex johorgu l-fatti kollha rilevanti, izomm indagini dwar
hwejjeg li sa ftit zmien qabel il-Qrati kienu prekluzi li
jezaminaw. Bizzejjed wiehed isemmi t-tibdil fil-ligijiet tar-
Renju Unit u ta' pajjizi ohra tal-Ewropa u tal-Istati Uniti tal-
Amerika li saru fis-sena 1946 'l hawn.
Il-ligi taghna ghandha diversi provvedimenti li jirrigwardaw
hwejjeg bhal ma huma, per ezempju, sigrieti tal-Istat,
informazzjoni dwar depoziti f'banke, korrispondenza u
kommunikazzjonijiet ohra, informazzjoni konfidenzjali bejn
mizzewgin, sigriet ta' ufficcju, professjonali u tal-qrar, fejn
indagini fil-Qorti bhala regola mhijiex permessa; pero' l-
provvediment li expressis verbis ihalli diskrezzjoni fil-Qorti
huwa dak taht ezami u dana ma jmurx 'il boghod izjed milli jghid
illi dina d-diskrezzjoni tista' tigi wzata fil-kazijiet hemm
imsemmijin u ma jghidx per ezempju, x'dokumenti jista' jezamina
gudikant sabiex ikun jista' jistabilixxi jekk bi twegiba ta' xhud
jistghux jinkixfu hwejjeg li jistghu jkunu ta' hsara ghas-servizz
pubbliku, u milli jidher ghall-gudikant huwa prekluz access ghal
files Governattivi anke fil-kaz li l-iskop tal-indagini jkun
sejjer jigi limitat sabiex jigi accertat jekk jistax ikun hemm
dana l-pregudizzju.
F'dina l-qaghda tas-sitwazzjoni l-Qorti allura ghandha l-fonti
tal-informazzjoni cirkoskritta ghal dawk il-provi biss li jistghu
skond dawn ir-regoli esklusjonari tal-ligi, jitressqu quddiemha,
u hija privata minn informazzjoni tax-xorta l-ohra msemmija
ghalkemm dina tkun rilevanti.
U f'dan il-kaz partikolari ma tressqu ebda provi biex juru illi
dak li jista' jinghad mix-xhud u li ma gietx taf bih minn files
Governattivi, jista' jkun billi ma tobbigax ix-xhud tirrispondi
ghall-mistoqsija msemmija.
Rat ir-rikors ta' l-intimat Agent Segretarju tad-Djar li appella
minn dik id-decizjoni u talab lil din il-Qorti tirrevoka l-istess
decizjoni u minn flok tichad it-talba ta' l-appellant biex l-
appellant jirrispondi d-domanda: "Liema huma l-Kazini tal-Partit
Laburista illi llum qeghdin f'idejn l-istess Partit wara li gie
allokat lilhom wara l-hrug ta' ordni ta' rekwizizzjoni?", bl-
ispejjez kontra l-intimat (recte: r-rikorrent) appellat;
Rat ir-risposta tar-rikorrent "nomine" li ssottometta illi d-
digriet ta' l-ewwel Qorti huwa gust u jimmerita konferma, u
ghalhekk talab lil din il-Qorti tichad l-appell ta' l-intimata u
tikkonferma l-istess digriet;
Rat l-atti kollha rilevanti u opportuni;
Semghet it-trattazzjoni ta' l-appell mid-difensuri tal-partijiet;
Ikkunsidrat:
Fir-rikors tal-appell qieghed jigi sottomess bhala aggravju illi
l-ewwel Qorti cahdet il-privilegg favur il-Gvern kontemplat fl-
Artikolu 589(2) tal-Kap. 15 meta x-xhud id-Dottoressa Abigail
Lofaro kellha d-dritt ghall-istess privilegg.
L-imsemmi Artikolu 589 jiddisponi fis-subartikolu (1) illi hu
imholli fid-diskrezzjoni tal-Qorti li tiddeciedi, f'kull kaz
partikolari, ...... meta xhud m'ghandux ikun imgieghel jikxef
hwejjeg li jistghu jkunu ta' hsara ghas-servizz pubbliku u fis-
subartikolu (2) illi ebda xhud ma jista' jkun imgieghel jikxef
hwejjeg li jkun sar jaf minn rapporti, jew minn ittri, dispacci,
jew karti ohra li ghandhom x'jaqsmu mal-korrispondenza ta'
dipartiment tas-servizz pubbliku, sew civili, kemm militari,
navali jew tal-forzi tal-ajru.
Jidher ghalhekk li l-legislatur qieghed jaghmel distinzjoni bejn
il-kaz ta' kxif ta' hwejjeg li jistghu jkunu ta' hsara ghas-
servizz pubbliku u l-kaz ta' kxif ta' hwejjeg li x-xhud ikun sar
jaf bihom minn rapporti jew minn ittri, dispacci jew karti ohra
li ghandhom x'jaqsmu mal-korrispondenza ta' dipartiment tas-
servizz pubbliku. Fl-ewwel kaz hu mholli fid-diskrezzjoni tal-
Qorti li tiddeciedi jekk ix-xhud ghandux jirrispondi jew le ghad-
domandi li jsirulu. Fit-tieni kaz il-Qorti ma tistax iggieghel
lix-xhud li jixhed, naturalment sakemm l-istess xhud ma jaghzilx
li jixhed.
Fil-kaz prezenti qed jigi nvokat fil-petizzjoni tal-appell l-
applikazzjoni tas-subartikolu (2) tal-Artikolu 589 u qed jigi
sottomess li l-Qorti ma tistax iggieghel lix-xhud (li allura meta
xehdet kienet qeghda tidher f'din il-kawza bhala Agent Segretarju
tad-Djar) li tixhed in virtu' tas-sigriet ratione officii
kontemplat fl-imsemmi subartikolu (2).
Ikkunsidrat:
Minn ezami tal-process jirrizulta li fis-seduta tad-9 ta' Jannar,
1986 (fol. 91 u 92) kienet xehdet fuq domanda tar-rikorrent
appellat l-imsemmija Dottoressa Abigail Lofaro u wara li tat xi
dettalji fix-xhieda taghha d-depozizzjoni taghha giet sospiza
sabiex, kif inghad in calce tal-istess depozizzjoni "sa dan it-
tant ikollha l-opportunita' tottjeni l-file ufficjali sabiex
b'hekk tkun tista' tikkonsulta ruhha mieghu halli tkompli
tiddeponi" u, kif inghad fil-verbal (fol. 91) ta' dik is-seduta,
biex ix-xhud iggib file mitlub mill-Qorti. Fil-fatt, in segwitu,
ix-xhud kompliet tixhed u wara li rrispondiet id-domandi li
sarulha anke b'riferenza ghal dak li kien jirrizulta minn
dokumenti u korrispondenza ezibita fil-file, id-depozizzjoni
taghha regghet giet sospiza u l-kawza giet differita ghall-21 ta'
Jannar, 1986 minhabba li d-difensur taghha kien gie msejjah
b'urgenza fl-ufficju tieghu.
Fil-21 ta' Jannar, 1986, il-kawza giet differita ghas-6 ta' Frar,
1986 fuq talba tal-intimat mhux opposta peress li Dr. Abigail
Lofaro, Agent Segretarju tad-Djar, kienet tinsab indisposta (fol.
100). Fis-6 ta' Frar, 1986, id-Dottoressa Lofaro bhala Agent
Segretarju tad-Djar kompliet tixhed. Jidher mill-verbal tal-
imsemmija seduta tas-6 ta' Frar, 1986, illi fil-kors tad-
depozizzjoni taghha meta saritilha d-domanda mid-difensur tar-
rikorrent appellat: "X'inhija r-raguni ghaliex ir-Requisition
Order damet ma tigi esegwita minn Jannar, tal-1983 sa Awissu
1985?" intervjena d-difensur taghha u oggezzjona ghad-domanda
stante li din tattakka d-diskrezzjoni amministrattiva tal-intimat
u ghalhekk mhux ammissibbli, liema oggezzjoni giet michuda mill-
ewwel Qorti b'digriet seduta stante (fol. 102) li minnu ma sarx
appell. Fil-fatt meta in segwitu ghall-imsemmi digriet fl-istess
seduta regghet saritilha l-imsemmija mistoqsija, ix-xhud
irrispondiet li informazzjoni simili tista' ggibha mill-file
Governattiv ghaliex dak iz-zmien bejn il-1983 u 1985 hija ma
kienitx fid-Dipartiment tad-Djar. Fil-fatt ix-xhud kompliet
tixhed li f'dak il-file hem innotat illi fil-21 ta' Gunju, 1985
il-post kien vojt u din kienet ir-risposta taghha ghad-domanda li
saritilha.
Wara l-imsemmi incident ix-xhud kompliet tixhed izda kif jidher
ukoll mill-atti tal-process kien hemm incident iehor. Meta d-
difensur tar-rikorrent appellat saqsa lix-xhud Dottoressa Lofaro
liema huma l-Kazini tal-Partit Laburista li qeghdin f'idejn l-
istess partit wara li gew allokati lilhom wara l-hrug ta'
Requisition Order, id-difensur tal-intimat iddikjara li
oggezzjona ghall-istess domanda stante li hija rrilevanti izda l-
ewwel Qorti b'digriet iehor seduta stante irrespingiet wkoll din
l-oggezzjoni, minn liema digriet l-anqas ma sar appell. Meta in
segwitu saritilha l-imsemmija domanda li kienet giet permessa
mill-Qorti, ix-xhud irrispondiet (ipsissimis verbis):- "Jiena ma
nafx b'ebda kaz fejn kien hemm allokazzjoni mid-Dipartiment tal-
Housing lill-Partit Laburista. Sabiex nirrispondi din id-domanda
nkun irrid naghmel izjed ricerka u nipprometti li naghti risposta
fis-seduta li gejja". Id-depozizzjoni tax-xhud ghalhekk giet
sospiza u l-kawza giet differita ghat-18 ta' Frar, 1986 ghall-
kontinwazzjoni tal-ezami tax-xhud, Dottoressa Lofaro.
Fis-seduta tat-18 ta' Frar, 1986 inqrat lix-xhud id-depozizzjoni
taghha tas-6 ta' Frar, 1986 li hija kkonfermat u meta saritilha
d-domanda fuq imsemmija li ghaliha kienet ippromettiet li kellha
taghti risposta wara izjed ricerka, ix-xhud Dottoressa Lofaro
rrispondiet billi talbet lill-Qorti tezentaha milli tirrispondi
ghad-domanda peress li tohrog minn files privileggati tal-Gvern.
Il-kawza ghalhekk kienet thalliet ghad-decizjoni fuq dan il-punt
ghat-3 ta' Marzu, 1986 meta nghatat id-decizjoni li issa qeghda
tigi appellata.
Ikkunsidrat:
Minn dak li ghadu kemm inghad dwar ir-rizultanzi processwali
jidher car li x-xhud Dottoressa Lofaro fl-okkazzjonijiet li
xehdet qabel is-seduta tat-18 ta' Frar, 1986, qatt ma nvokat is-
sigriet ratione officii kontemplat fl-Artikolu 589(2). Fis-
seduta tad-9 ta' Jannar, 1986 id-depozizzjoni giet sospiza sabiex
ikollha l-opportunita' tottjeni l-file ufficjali halli
tikkonsulta ruhha mieghu waqt li tixhed. Kieku x-xhud riedet
tinvoka s-sigriet ratione officii, wiehed kellu jistenna li dan
taghmlu, personalment jew per mezz tad-difensur taghha, f'dak l-
istadju. Hekk ukoll fis-seduta tas-6 ta' Frar, 1986 meta
kompliet tixhed, meta saritilha d-domanda ghaliex ir-Requisition
Order damet ma tigi ezegwita, l-oggezzjoni li giet sollevata mid-
difensur taghha kienet li d-domanda ma kienitx ammissibbli
ghaliex tattakka d-diskrezzjoni amministrattiva taghhau fil-fatt
meta din l-oggezzjoni ma gietx milqugha mill-ewwel Qorti, ix-xhud
infurmat lill-Qorti b'dak li kien hemm innotat fil-file relattiv
u ma nvokatx l-imsemmi privilegg.
Meta in segwitu giet maghmula l-mistoqsija liema Kazini tal-
Partit Laburista kienu gew allokati lilhom wara l-hrug ta'
Requisition Order, l-unika oggezzjoni li giet sollevata mid-
difensur tal-intimat kienet li d-domanda kienet irrilevanti u
anke f'dan l-istadju ma saret l-ebda sottomissjoni, la minnha
personalment u l-anqas mid-difensur taghha, li skond l-Artikolu
589(2) ix-xhud ma setghetx tigi mgieghla tirrispondi l-imsemmija
domanda.
L-anqas wara l-imsemmi digriet dwar ir-rilevanza tad-domanda ma
saret xi oggezzjoni mix-xhud jew mid-difensur taghha fis-sens
tal-Artikolu 589(2) u fil-fatt ix-xhud infurmat lill-Qorti li
biex tirrispondi d-domanda kellha bzonn izjed ricerka u
ppromettiet li taghti risposta fis-seduta li gejja u fil-fatt il-
kawza giet differita ghat-18 ta' Frar, 1986. Kien biss dik in-
nhar li x-xhud Dottoressa Lofaro nvokat il-privilegg fuq imsemmi.
Mhux biss ghalhekk l-atteggjament tal-imsemmija xhud fil-kors
tad-depozizzjoni taghha kien dejjem li ma ssibx diffikulta' biex
taghti l-informazzjonijiet mitluba billi tikkonsulta l-file
ufficjali relattiv izda kienet espressament ippromettiet bil-
gurament taghha fil-kors tax-xhieda taghha li taghti risposta
wara li taghmel izjed ricerka.
F'dawn ic-cirkostanzi li gew imsemmija hawn fuq b'mod l-aktar
dettaljat, il-Qorti ssibha difficli biex tifhem kif jista' jigi
nvokat il-privilegg kontemplat fl-Artikolu 589(2) tal-Kap. 15.
Ix-xhud, allura Agent Segretarju tad-Djar, naqset, personalment
jew per mezz tad-difensur taghha, li tinvoka l-imsemmi privilegg
fil-mument opportun. Mhux hekk biss imma hija espressament
irrinunzjat ghalih meta saritilha d-domanda de qua meta
ppromettiet li taghti risposta wara izjed ricerka.
Dika l-promessa maghmula bil-gurament mix-xhud, li dik il-habta
kienet Agent Segretarju tad-Djar, ghandha titqies li ssir u li
saret bis-serjeta' ghaliex altrimenti jinghata lok ghall-
protilazzjoni, xi minn daqqiet vessatorja, tal-kawzi, nonostante
l-isforzi tal-gudikant li jikkonkludi sollecitament it-
trattazzjoni. Dan mhux il-kaz ta' dikjarazzjoni maghmula minn
Avukat minghajr l-inkarigu specjali tal-parti (Art. 695(1), Kap.
15) imma l-kaz tal-parti stess li tixhed u tipprometti li
tirrispondi domanda wara li taghmel izjed ricerka.
Mill-atti tal-process jirrizulta bl-aktar mod ampju li x-xhud
kellha l-opportunita' kollha li tinvoka l-privilegg skond l-
Artikolu 589(2) jew inkella li titlob zmien biex tikkonsulta
ruhha qabel ma tintrabat, kif intrabtet, li tirrispondi d-domanda
wara li taghmel ir-ricerki mehtiega. L-unika oggezzjoni li saret
ghad-domanda de qua kienet li l-istess domanda kienet irrilevanti
u fuq din l-oggezzjoni inghata digriet li minnu kif ga' inghad,
ma sarx appell.
Jista' jizdied li kif jidher mill-verbal tal-1 ta' Lulju, 1986
registrat quddiem din il-Qorti mid-difensur tal-appellant fil-
prezenza tal-imsemmija xhud Dottoressa Abigail Lofaro quddiem l-
ewwel Qorti ma giet verbalizzata l-ebda oppozizzjoni ghal ebda
domanda li saret lix-xhud. Kull ma sar kien li d-difensur tal-
intimat appellant ma tul il-kors tax-xhieda tal-imsemmija xhud u
ovvjament fil-prezenza taghha rrileva lill-ewwel Qorti li ghal xi
domandi li kienu qed isirulha, ix-xhud setghet tinvoka l-
privilegg u dik il-Qorti rrilevat li x-xhud kienet Kap ta'
Dipartiment u taf x'ghandha taghmel; u allura huwa, cioe' d-
difensur, fehem li x-xelta kienet f'idejn ix-xhud. Kif diga'
rilevat pero' ix-xhud ma nvokat l-ebda privilegg izda ppromettiet
li tirrispondi ghad-domanda wara r-ricerka mehtiega. Kien biss
fis-seduta tat-18 ta' Frar, 1986, cioe' wara l-interval ta' tnax-
il-gurnata, illi x-xhud, flok ma rrispondiet id-domanda kif
kienet weghdet, invokat il-privilegg.
Ghal dawn il-motivi l-Qorti tiddeciedi billi tichad l-appell u
tikkonferma d-decizjoni appellata bl-ispejjez kontra l-intimat
appellant.