AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 174.02 REGOLAMENTI DWAR L-AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU 1 ta’ Awissu, 1996 L-AVVIŻ LEGALI 70 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 140 ta’ l- 1996, 98 ta’ l-2002 u 387 ta’ l-2003. Titolu. Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku. Tifsir. ma teħtieġx xort’oħra - "Direttur" tfisser il-Kap tad-Dipartiment tal-Kuntratti; "Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Finanzi; "Segretarju" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-finanzi; "varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu tal-kondizzjonijiet ta’ l-offerti" tfisser varjazzjoni li ma tkunx waħda msemmija fis-sejħa għal offerti relattiva. Kif japplikaw. dipartimenti u taqsimiet tal-Gvern: Iżda korporazzjonijiet pubbliċi jew korpi oħra (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa organizzazzjonijiet pubbliċi) jistgħu, skond il-liġi kostitwenti tagħhom jew bis-saħħa tagħha, jiġu ordnati li jkollhom l-akkwisti tagħhom regolati b’dawn ir-Regolamenti, jew li ċertu flejjes jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni tagħhom mill-Gvern bil-kondizzjoni li tagħmir, ħażniet, xogħlijiet jew servizzi li għandhom jiġu akkwistati bihom għandhom jiġu hekk akkwistati skond dawn ir-Regolamenti. Għan. li għandu d-Direttur, kapijiet ta’ dipartiment u uffiċjali oħra li jagħmlu kuntratti f’isem il-Gvern, u jekk kuntratt isir kontra d- disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, dan għandu jiġi rexxiss fuq talba tal-Gvern. (2) Dawn ir-Regolamenti ma jgħaddu ebda dritt lil xi offerent, fornitur jew kuntrattur iktar minn dawk id-drittijiet li joħorġu mid- dritt ċivili. (3) Il-Ministru jista’ jiddelega bil-miktub, bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li jista’ jqis li jkunu xierqa, lis- Segretarju, lid-Direttur jew lil kull uffiċjal pubbliku (jew, biss fil- każ ta’ korporazzjoni pubblika jew korp imsemmija fil-proviso li hemm mar-regolament 3, uffiċjal ta’ dik il-korporazzjoni pubblika jew ta’ dak il-korp) xi waħda mis-setgħat lilu riservati bis-saħħa ta’ dawn ir-Regolamenti. (4) Il-Ministru jista’ jiddispensa bil-miktub minn xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti u jista’ jordna li kwalunkwe proċedura hemm stabbilita ma għandhiex isseħħ, huwa 2 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU jista’ iktar minn hekk jikkonvalida bil-miktub kull ħaġa li tkun saret mhux skond dawn ir-Regolamenti jew xi proċedura hemm preskritta, jew inkella jordna bil-miktub li akkwist għandu jseħħ b’mod differenti minn dak stabbilit f’dawn ir-Regolamenti. Direttur tal- Kuntratti. Emendat: A.L. 98 ta’ l-2002. 5. (1) Ikun hemm Direttur tal-Kuntratti li jkun responsabbli għat-tmexxija tad-Dipartiment tal-Kuntratti u ġeneralment għall- amministrazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist kif stipulati f’dawn ir- Regolamenti. (2) Id-Direttur tal-Kuntratti jkollu l-funzjoni li - (a) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt dwar ħwejjeġ elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti u li jippubblikom skond ma hemm fl-istess skeda; (b) jawtorizza differenzi minn speċifikazzjonijiet u kondizzjonijiet standard (sew jekk dawn ikunu tekniċi jew xort’oħra) li jkunu ser jiddaħhlu fid-dokumenti ta’ l-offerti; (ċ) jiżgura li l-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l- offerti ma jkunux jagħtu vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil xi fornitur partikolari; (d) jifli u japprova (b’xi tibdil jew mingħajr ebda tibdil) dokumenti ta’ l-offerti, qabel ma dawn jinħarġu u jiġu pubblikati; (e) jiżgura li kull sejħa għal offerti tiġi reklamata adegwatament u li jitħalla jgħaddi żmien biżżejjed sakemm jiddaħħlu l-offerti; (f) jippubblika fil-Gazzetta avviż dwar kull aċċettazzjoni ta’ offerti, inklużi l-varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti, fi żmien erba’ xhur mill-aċċettazzjoni tagħhom; (g) jifformula, bi ftehim mal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali u skond ir-regoli stipulati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, f’dawk l-oqsma li huwa jista’ jistabbilixxi, listi magħżulin ta’ kuntratturi kwalifikati li jistgħu jingħatawlhom kuntratti f’dawk l- oqsma; (h) jistabbilixxi u jirregola l-proċedura li għandha tiġi adottata matul il-laqgħat tal-Kumitati tal-Kuntratti u tal-bordijiet dipartimentali, u fil-ħruġ u l- pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti, dħul ta’ offerti, ftuħ ta’ offerti, l-eżami ta’ l-offerti u l-għoti ta’ kuntratti; (i) jissorvelja l-ħtiġiet ta’ akkwisti li jkun irid jagħmel il- Gvern, u, wara li jinħarġu s-sejħiet għal offerti dovuti, jagħmel kuntratti perjodiċi kif ikun meħtieġ; (j) jikkonsidra u japprova l-ħatra ta’ kuntratturi għal provvisti, xogħlijiet jew servizzi għal perijodi speċifiċi bi prezzijiet, rati u kundizzjonijiet approvati; (k) Revokat bl-A.L. 98 ta’ l-2002; AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 3 (l) jikseb tagħrif minn dipartimenti tal-Gvern jew minn organizzazzjonijet oħra li għalihom japplikaw dawn ir- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti dipartimentali, ordnijiet ta’ varjazzjoni, penali (imposti jew maħfura) u b’mod ġenerali hekk kif jista’ jqis li jkun meħtieġ sabiex huwa jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond dawn ir-Regolamenti; (m) japprova, fejn ikun il-każ, kif provdut fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, varjazzjonijiet ’l hinn mill-limiti tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti; (n) jissorvelja l-eżekuzzjoni xierqa ta’ kuntratti minnu mogħtija, u, bil-parir tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali, jimponi jew jaħfer, kif jidhirlu, penali dovuti fuq dawk il-kuntratti; u (o) jibda kull proċediment li jista’ jkun meħtieġ għar- rigward ta’ kuntratt mogħti minnu. Kumitat tal- Kuntratti Ġenerali. 6. (1) Ikun hemm Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali li jkollu l- membri tiegħu li jinħatru mill-Prim Ministru b’dawk il-patti u kundizzjonijiet kif jistgħu jiġu speċifikati fl-ittra tal-ħatra tagħhom. (2) Il-membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali jinħatru għal żmien stabbilit ta’ mhux iktar minn tliet snin, u jistgħu jerġgħu jiġu maħtura. (3) Membru tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali jista’, matul iż- żmien li jkun qed jokkupa l-kariga, jitneħħa mill-Prim Ministru jekk huwa jkun sodisfatt li kien hemm każ ċar ta’ mġieba ħażina minn dak il-membru jew li dak il-membru kien inkapaċi jwettaq il- funzjonijiet tiegħu jew meta jkunu jeżistu ċirkostanzi bħal dawk li kieku kienu jiskwalifikaw lil dak il-membru milli jibqa’ membru tal-Kumitat tal-Kuntratti. Kumitati tal- Kuntratti Speċjali. Emendat: A.L. 140 ta’ l- 1996. 7. (1) Meta l-Prim Ministru jistabbilixxi li l-eżami ta’ offerti għall-għoti ta’ xi kuntratt partikolari jkun jeħtieġ xi maestrija, sengħa jew attributi speċjali, huwa jista’ jaħtar Kumitat tal- Kuntratti Speċjali sabiex ikun jista’ jingħata dak il-kuntratt. (2) Il-membri ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali għandhom jinħatru għaż-żmien li matulu jdum għaddej il-proċess ta’ eżami ta’ dik is-sejħa għal offerti partikolari sakemm tinħareġ ittra ta’ aċċettazzjoni ta’ l-offerta jew id-Direttur jiddikjara li l-għoti tal- kuntratt ma jkunx ser jitkompla jsir, f’liema każ id-Direttur għandu, fid-dikjarazzjoni tiegħu, jgħid għaliex. (3) Bla ħsara ta’ dak imsemmi hawn aktar qabel, id- disposizzjonijiet tar-regolament 6 għandhom ikunu japplikaw għall-membri ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali l-istess bħalma dawn japplikaw għall-membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali. Disposizzjonijiet dwar membri tal- Kumitati tal- Kuntratti. Emendat: A.L. 140 ta’ l- 1996. 8. (1) Id-disposizzjonijiet tal-Ħames Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu japplikaw għar-rigward tal- membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali u tal-Kumitati tal- Kuntratti Speċjali. (2) Il-laqgħat tal-Kumitati għandhom jissejħu miċ-Chairman li jippresjedi dawk il-laqgħat. Tliet membri tal-Kumitat tal-Kuntratti jagħmlu quorum f’laqgħa ta’ dak il-Kumitat. 4 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU (3) Meta jkunu qegħdin jinfetħu l-offerti, il-laqgħat tal- Kumitati tal-Kuntratti jkunu miftuħa għall-pubbliku. Il-lista ta’ offerti riċevuti, flimkien mal-prezzijiet offruti rispettivi, għandhom jitħabbru pubblikament mid-Direttur. Funzjonijiet tal- Kumitat tal- Kuntratti. 9. Il-Kumitati tal-Kuntratti jkollhom il-funzjoni li jgħinu lid- Direttur fl-eżekuzzjoni ta’ dmirijietu skond dawn ir-Regolamenti. Fit-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom, il-Kumitati tal-Kuntratti għandhom jiġu regolati bid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir- Regolamenti b’mod ġenerali u b’mod partikolari bid- disposizzjonijiet tas-Sitt Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti. Kuntratti pubbliċi. 10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir- Regolamenti, l-akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet u servizzi mill-Gvern jew minn kull korp ieħor li dawn ir-Regolamenti japplikaw għalih, għandu jsir permezz ta’ kuntratt wara li ssir sejħa għal offerti skond dawn ir-Regolamenti. Proċedura għall- akkwist. 11. Ħlief meta l-Ministru jordna xort’ohra, il-proċedura għall- akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi tkun hekk kif ġej: (a) (i) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew mhux iżjed minn ħames mitt lira jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara li jkunu nkisbu l-kwotazzjonijiet jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-kap tad- dipartiment wara li jqis xi jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet ta’ l-għażla u disponibbiltà ; (ii) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew iżjed minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira jistgħu jiġu akkwistati mid- dipartiment nnifsu wara li jkunu nkisbu l- kwotazzjonijiet; (iii) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew fuq elf lira iżda mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt lira jistgħu jiġu akkwistati mid- dipartiment nnifsu wara li ssir sejħa għal offerti, jew wara li jkunu nkisbu l-kwotazzjonijiet, jew mis-suq liberu wara li jitqies xi jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet ta’ l-għażla u disponibbiltà , hekk kif jista’ jiġi approvat mill-Ministru responsabbli għal dak id-dipartiment, jew mis- Segretarju Parlamen-tari, mis-Segretarju Permanenti jew mill-kap tad-dipartiment hekk kif jista’ jiġi delegat minn dak il-Ministru; (iv) ix-xiri ta’ l-istess materjal jew ta’ materjal li jkun jixxibah ħafna miegħu fi kwantitajiet differenti skond ma hemm fis-sub-paragrafi (i), (ii) jew (iii) matul perijodu ta’ sitt xhur m’għandux ikun jeċċedi valur totali ta’ għaxart elef lira; (b) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 5 iżjed minn elfejn u ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn għoxrin elf lira għandu jiġi akkwistat wara sejħa għal offerti li ssir mid-dipartiment innifsu. Dawk l- offerti għandhom jinfetħu minn tliet uffiċjali anzjani tad-dipartiment: Iżda l-Ministru jista’ jippermetti, b’ordni bil- miktub, li jkun hemm limiti ogħla minn għoxrin elf lira fil-każ ta’ xi dipartimenti partikolari u jista’ jawtorizza, kif u meta huwa jqis li jkun hekk xieraq, it- twaqqif ta’ Kumitati għall-Akkwisti skond kif hemm provdut fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir- Regolamenti: Iżda wkoll il-Ministru jista’ jippermetti li jkun hemm varjazzjoni, penali u maħfra, għar-rigward ta’ dawk il-kuntratti li jiġu approvati mill-Ministru li taħtu tkun taqa’ r-responsabbiltà għal dak id- dipartiment, li jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu lis- Segretarju Parlamentari, lis-Segretarju Permanenti, jew lill-kap tad-dipartiment: Iżda wkoll il-kap tad-dipartiment għandu jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern kull għotja ta’ dawk il-kuntratti, inklużi varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti, fi żmien erba’ xhur wara li jkunu ngħataw; (ċ) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew iżjed mil-limiti stipulati jew stabbiliti skond il- paragrafu (b) għandhom jiġu akkwistati wara sejħa pubblika għal offerti li tinhareġ mid-Direttur. Oġġetti li jkunu komuni għal diversi dipartimenti. 12. (1) Kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li d- Direttur jista’ minn żmien għal żmien isemmi bħala li huma komuni għal diversi dipartimenti, jistgħu jiġu akkwistati mid- Direttur permezz ta’ kuntratti perjodiċi minnu mogħtija wara li tkun saret sejħa pubblika għal offerti. (2) Id-Direttur għandu kull tant żmien javża lill-kapijiet tad- dipartiment bil-prezzijiet u kundizzjonijiet li jkunu japplikaw, u l- proċedura li jkollha tiġi segwita, fl-akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi bħal dawk. (3) Il-kapijiet tad-dipartiment għandhom jiksbu kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi bħal dawk direttament mingħand il- kuntrattur skond dawk il-kundizzjonijiet u proċeduri avżati mid- Direttur skond is-subregolament (2). Pakketti separati f’offerta. 13. Meta skond sejħa għal offerti xi offerta tkun tikkonsisti f’pakketti separati, għandhom jiġu segwiti l-proċeduri stipulati fit- Tmien Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti. Setgħat tad- Direttur. Kap.249. 14. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni, u għal kull ordni jew direttiva mogħtija mill-Ministru - (a) id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaċċetta jew jirrifjuta r-rakkomandazzjonijiet tal-maġġoranza tal- membri tal-Kumitat tal-Kuntratti dwar l-aċċettazzjoni 6 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU jew ir-rifjut ta’ offerta; (b) meta - (i) id-Direttur ma jaqbilx ma’ rakkomandazzjoni tal-maġġoranza tal-membri ta’ Kumitat tal- Kuntratti; jew (ii) rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti tkun differenti minn dik li tintgħamel mid- dipartiment jew minn korp ieħor li għalih għandu jsir l-akkwist, id-Direttur jista’ jirreferi l-kwistjoni sabiex jiddeċidiha l-Ministru: Iżda d-Direttur għandu dejjem jirreferi kwistjoni li huwa ma jaqbilx dwarha mal-maġġoranza tal-membri ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali sabiex jiddeċidiha l- Ministru; (ċ) id-Direttur jista’ jirreferi, skond ma jaħsibha hu, kull kwistjoni sabiex jiddeċidiha l-Ministru. (2) Kull kwistjoni li tiġi hekk riferita sabiex jiddeċidiha l- Ministru għandha tiġi hekk riferita bil-miktub u d-deċiżjoni tal- Ministru għandha bl-istess mod titwassal bil-miktub. Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Miżjud: A.L. 98 ta’ l-2002. 15. (1) Ikun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi li jkollu l-President u l-membri tiegħu maħtura mill-Prim Ministru skond dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fl-ittra tal-ħatra tagħhom. (2) Ikun id-dover tal-Bord li jisma’ u jaqta’ l-ilmenti li jsiru minn offerenti aggravati skond ma hemm fit-Tielet Skeda. (3) Fl-esekuzzjoni tad-doveri tagħhom il-President u l-membri tal-Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu ġeneralment regolati bid-disposizzjonijiet tad-Disa’ Skeda, b’dan li l-President tal-Bord imsemmi ikollu s-setgħa jistabbilixxi x’ikunu l-proċeduri għas-smigħ ta’ dawk l-ilmenti li ma jkunx xort’oħra provdut dwarhom f’dik l-Iskeda. Rapport annwali. Emendat: A.L. 140 ta’ l- 1996; A.L. 98 ta’ l-2002. 16. (1) Id-Direttur għandu mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-Ministru rapport li jkun ġeneralment jittratta dwar il-funzjonament tal- Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali u l-Bord ta’ l-Appelli dwar il- Kuntratti Pubbliċi matul is-sena finanzjarja li jkun qed isir ir- rapport dwarha. Ir-rapport għandu jkun jinkludi rapport fil-qosor dwar xi irregolaritajiet li jistgħu jsiru jafu bihom jew li jinkixfu u r- rakkomandazzjonijiet li jsiru dwarhom, kif ukoll id-dettalji ta’ kull ilment li jsir u r-riżultati ta’ kull investigazzjoni li ssir mill- Kumitat u mill-Bord. (2) Il-Ministru għandu jara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kopja ta’ kull rapport li jsir fi żmien tletin jum jew, jekk il-Kamra ma tiltqax f’dak il-perijodu, meta l-Kamra terġa’ tiltaqa’ l-ewwel darba. 17. (Mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal- Liġijiet Statutarji). AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 7 Tħassir u riserva. Miżjud: A.L. 387 ta’ l- 2003. 18. (1) Bla ħsara għas-subregolamenti (2), (3) u (4), dawn ir- regolamenti għandhom itemmu milli jibqgħu fis-seħħ u għandhom jiġu mħassra b’effett mill-1 ta’ Mejju, 2004. (2) Mill-1 ta’ Jannar, 2004 dawn ir-regolamenti ma għandhomx jibqgħu japplikaw ħlief għal: (a) dik il-proċedura ta’ akkwisti li setgħet inbdiet taħt dawn ir-regolamenti; u (b) dawk l-akkwisti skond ma jiġu dikjarati bl-awtorità bil-miktub tal-Ministru u li huma regolati taħt dawn ir- regolamenti, u dawk l-akkwisti għandhom jibqgħu jiġu hekk regolati sakemm jiġu finalizzati l-proċeduri kollha li jkollhom x’jaqsmu magħhom. (3) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) ma għandhomx ikunu japplikaw għal ebda proċedura ta’ akkwist mibdija fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data. (4) Id-dispozizzjonijiet tas-subregolamenti (2) u (3) ma għandhom ikunu japplikaw għal ebda akkwist iffinanzjat għal kollox jew f’parti minnu minn istrumenti finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea. 8 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU L-EWWEL SKEDA (Regolament 5(2)(a)) Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Kuntratti 1. Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għandhom ikunu jittrattaw dwar: i. Speċifikazzjonijiet tal-kuntrattur għal kategoriji differenti ta’ kuntratti; ii. Ix-xorta u l-għamla ta’ garanziji meħtieġa mill-Gvern. iii. Kif ser jiġu trattati taxxi lokali; iv. Kif ser jiġu trattati flus barranin; v. Ir-rata li għandha tintuża fil-kalkolu ta’ discounted cash flow calculations; vi. Proċedura dwar kif isir il-ħlas; vii. Retention amounts li għandhom jinżammu u l-mod kif dawn għandhom jitħallsu; viii. Arranġamenti dwar kif jista’ jsir arbitraġġ; ix. Ix-xorta ta’ penali li għandhom jiġu imposti talli ma jitħarisx kuntratt u l-proċedura kif dawn għandhom jiġu imposti; x. Is-sorveljar sew tat-twettiq, progress u eżekuzzjoni ta’ kuntratti; xi. Proċeduri ta’ subappaltar; xii. Proċedura dwar ordnijiet ta’ varjazzjoni; u xiii. Proċeduri dwar kif tiġi assigurata l-kwalità . 2. Dawn il-kundizzjonijiet standard u kull emenda li ssir fihom għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew iseħħu. 3. Għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta matul l-ewwel xahar ta’ kull sena verżjoni sħiħa aġġornata ta’ dawk il-kundizzjonijiet standard. Kategoriji ta’ Kuntratturi 1. Il-proċedura biex isiru kategoriji ta’ kuntratturi għandha tiġi regolata kif ġej: a. Id-Direttur jippubblika l-kriterji li bihom għandu jinqasam f’kategoriji kull qasam; b. Id-Diretur jista’, wara li ssirlu applikazzjoni, jinkludi jew iqiegħed f’kategorija ogħla fornituri u kuntratturi wara li jiżgura ruħu li huma jkunu konformi mal-kriterji pubblikati; ċ. Id-Direttur jista’ jneħħi jew iqiegħed f’kategorija iktar baxxa fornitur u kuntrattur jew wara li ssirlu applikazzjoni, jew wara li d-Direttur isir jaf b’fatti li jkunu jindikaw li għandha tittieħed dik l-azzjoni, jew bħala penali għal ksur tal-kundizzjonijiet ta’ xi kuntratt li jkun qabel ingħata lill-fornitur jew lill-kuntrattur: Emendata: A.L. 140 ta’ l-1996. IT-TIENI SKEDA(Regolament 5(2)(g)) AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 9 Iżda fil-każ ta’ tħollija barra jew tneħħija jew tqegħid f’kategorija iktar baxxa, b’mod li ma jsegwix applikazzjoni li tkun saret, il-fornitur u l-kuntrattur involuti għandhom jiġu mgħarrfa bl-azzjoni li tkun maħsuba li tittieħed u għandhom jingħataw ġimgħatejn li matulhom ikunu jistgħu jissottomettu r-raġunijiet tagħhom kontra dak l-għemil. Id-deċiżjoni tad-Direttur tkun waħda finali. 2. Il-kategoriji ta’ kuntratturi u fornituri u kull emenda li ssir fihom għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew iseħħu. 3. Għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta matul l-ewwel xahar ta’ kull sena verżjoni sħiħa aġġornata tal-kategoriji ta’ kuntratturi u fornituri. Proċedura dwar l-ilmenti Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-għemil u deċiżjoni ta’ l-ilmenti, u l- kundizzjonijiet li taħthom jistgħu isiru dawk l-ilmenti jkunu dawn li ġejjin: 1. Id-deċiżjoni tad-Direttur f’kull stadju tal-proċess ta’ eżami għandha tkun pubblikata fid-dipartiment tiegħu, qabel ma jingħata l-kuntratt jew qabel ma wieħed jgħaddi għall-istadju li jmiss skond il-każ. 2. Kull offerent li jħoss ruhu aggravat b’xi deċiżjoni jista’, fi żmien tliet ijiem mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, jippreżenta avviż ta’ oġġezzjoni. Dak l-avviż ta’ oġġezzjoni jkun biss validu jekk ikun imsieħeb minn depożitu ta’ 1% tal-valur estimattiv ta’ l-offerta. Id- depożitu jingħata biss lura jekk dik l-oġġezzjoni tiġi deċiża favorevolment: Iżda f’ebda każ ma għandu d-depożitu jkun inqas minn Lm100 jew iżjed minn Lm25,000. 3. Id-Direttur għandu jagħmel pubbliku l-avviż ta’ oġġezzjoni fid- dipartiment tiegħu l-għada li jkun ġie preżentat dak l-avviż. 4. Fi żmien tliet ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ oġġezzjoni, kull offerent ieħor li kien imdaħħal f’dik is-sejħa għal offerti jista’ jirreġistra l-interess tiegħu f’dawk il-proċedimenti. Ir-reġistrazzjoni ta’ dak l- interess tkun biss valida jekk din tkun imsieħba b’depożitu li jkun daqs id-depożitu mħallas skond il-paragrafu 2. Dan id-depożitu jingħata biss lura jekk l-offerta fl-aħħar tingħata lil dak l-offerent li jkun ippreżenta reġistrazzjoni ta’ interess. Dak l-offerent li kien indikat fid-deċiżjoni mogħtija wara l-eżami tad-Direttur bħala l-offerent li lilu kellha tingħata l-offerta, għandu jitqies li jkun irreġistra interess iżda ma jkun hemm bżonn ta’ ebda depożitu minnu. 5. L-ismijiet ta’ dawk l-offerenti li jirreġistraw interess għandhom jintgħamlu pubbliċi mid-Direttur fid-dipartiment tiegħu fl-ewwel jum li jiġi wara l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda. 6. (a) Fi żmien tliet ijiem tax-xogħol wara li tiġi pubblikata l-lista ta’ offerenti li jkunu irreġistraw interess, l-offerent li jkun ippreżenta l-avviż ta’ oġġezzjoni għandu jibgħat lid-Direttur ittra ta’ IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 98 ta’ l-2002. (Regolament 5(2)(k)) 10 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU oġġezzjoni spjegattiva li fiha jfisser xi jkunu sewwasew il-kapi ta’ l-oġġezzjoni tiegħu. (b) L-ittra ta’ oġġezzjoni u kull dokument ieħor mehmuż magħha għandhom jingħataw f’għadd ta’ kopji li jkun daqsinsew l-għadd ta’ offerenti li jkollhom interess reġistrat b’żieda ta’ tliet kopji oħra. (ċ) L-ittra ta’ oġġezzjoni tintgħamel pubblika fid-Dipartiment tal- Kuntratti u tiġi ċirkolata ma’ l-offerenti kollha li jkollhom interess reġistrat. 7. (a) Fi żmien ħamest ijiem minn meta tiġi pubblikata l-ittra ta’ oġġezzjoni, offerent li jkun irreġistra interess jista’ jibgħat risposta spjegattiva għal dik l-ittra ta’ oġġezzjoni. (b) Ir-risposta u kull dokument ieħor mehmuż magħha għandhom jiġu preżentati f’għadd ta’ kopji li jkun daqsinsew l-għadd ta’ offerenti li jkollhom interess reġistrat b’żieda ta’ tliet kopji oħra. (ċ) Ir-risposta tintgħamel pubblika fid-Dipartiment tal-Kuntratti u tiġi ċirkolata ma’ l-offerenti kollha li jkollhom interess reġistrat u ma’ l-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw oġġezzjoni. 8. Fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-risposti, id-Direttur għandu jipprepara rapport li jagħmel analiżi ta’ l-ittra ta’ l-oġġezzjoni u tar-risposti għaliha. Dan ir-rapport għandu jiġi ċirkolat lill-offerenti li jkunu għamlu oġġezzjoni u li jkunu rreġistraw interess. 9. Id-Direttur għandu jibgħat kopja tar-rapport ta’ l-analisi kif ukoll tad- dokumenti kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-każ lill-President tal-Bord li wara dan għandu jgħaddi biex jagħmel dak li hemm stipulat fid-Disa’ Skeda. 10. Id-Direttur għandu jippubblika kopja tad-deċiżjoni finali tal-Bord ta’ l- Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi fuq in-notice board tad-dipartiment tiegħu. Kopji tad-deċiżjoni għandhom jintbagħtu lid-dipartiment jew lill-awtorità governattiva oħra involuta kif ukoll lill-offerent li jkun qed jagħmel l-ilment u lil kull offerent li jista’ jkollu interess dirett fil-kwistjoni jew li seta’ wera li kellu xi interess. IR-RABA’ SKEDA (Regolament 5(2)(m)) Ordnijiet ta’ Varjazzjoni 1. F’kull każ meta tenħtieġ approvazzjoni għal ordnijiet ta’ varjazzjoni, din għandha tinkiseb mid-Direttur qabel ma ssir xi rabta bejn id-dipartiment jew organizzazzjoni pubblika u l-kuntrattur. 2. Meta tintalab dik l-approvazzjoni, id-dipartiment jew organizzazzjoni pubblika għandhom jippreżentaw dokument li fih jispeċifikaw ir-raġuni u l-kawża ta’ dik il-varjazzjoni, l-effett fuq in-nefqa totali ta’ l-offerta u kull effett fuq in-nefqa rikorrenti li tirriżulta. 3. Fl-għoti jew fir-rifjut ta’ talba bħal dik għal varjazzjoni, id-Direttur għandu jispeċifika xi tkun l-opinjoni tiegħu dwar jekk dik il-varjazzjoni setgħetx ġiet evitata u l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-ġejjieni mid-dipartiment jew mill- organizzazzjoni pubblika sabiex tiġi evitata rikorrenza. AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 11 4. Id-Direttur għandu jżomm dokumentazzjoni sħiħa ta’ talbiet għal varjazzjoni inkluż isem il-kuntrattur involut u dettalji ta’ dawk id-dokumenti speċifikati fil-paragrafi 2 u 3. IL-ĦAMES SKEDA (Regolament 8) Membri tal-Kumitati tal-Kuntratti (a) Il-Kumitati jintgħamlu mid-Direttur tal-Kuntratti, li ex officio jkun iċ- Chairman tal-Kumitati, u minn erba’ sa għaxar membri li skond il-Prim Ministru jkollhom il-kwalifiki jew esperjenza meħtieġa. (b) Il-Prim Ministru għandu jaħtar ukoll persuni minn fost il-persunal fid- Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jagħmluha ta’ segretarji tal-Kumitati hekk kif jista’ jiġi ordnat mid-Direttur. Is-segretarji m’għandhomx ikunu membri tal-Kumitati u ma jistgħux ikollhom vot fihom. (ċ) Meta ċ-Chairman ikun assenti jew ma jistax iwettaq dmirijietu, jew meta l- kariga ta’ Chairman tkun vakanti, il-Ministru jista’ jaħtar lil xi uffiċjal minn fost l- aktar uffiċjali anzjani fid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex dan jagħmilha ta’ Chairman tal-Kumitati, u jwettaq is-setgħat u l-funzjonijiet kollha taċ-Chairman. (d) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew tibqa’ membru ta’ Kumitat jekk- (i) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew (ii) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor li x’aktarx jippreġudika t- twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Kumitati tal-Kuntratti. (e) Membru tal-Kumitat jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu billi jibgħat ittra lill- Prim Ministru. (f) Membru ta’ xi Kumitat li jkollu xi interess dirett jew indirett f’xi kuntratt li jkun qed jiġi trattat mill-Kumitat għandu jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl- ewwel laqgħa tal-Kumitat wara li huwa jkun sar jaf b’dawk il-fatti relevanti; dak li jiġi żvelat għandu jiġi reġistrat fil-minuti ta’ dik il-laqgħa tal-Kumitat u dak il- membru li jkollu dak l-interess kif imsemmi għandu jirtira minn kull laqgħa li matulha jiġi diskuss dak il-kuntratt. IS-SITT SKEDA (Regolament 9) Funzjonijiet tal-Kumitat tal-Kuntratti Kumitat tal-Kuntratti għandu: 1. jagħti parir fuq kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ kuntratti pubbliċi, kif ukoll fuq l-akkwist pubbliku ta’ kull materjal, xogħlijiet u servizzi jew b’inizjattiva tiegħu stess jew dwar kwistjonijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet tiegħu u li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu lilu riferiti għall-parir tiegħu; 12 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU 2. jivvaluta dawk l-offerti li jiġu preżentati kif ukoll dawk ir-rapporti u rakkomandazzjonijiet dwarhom li jsiru mid-dipartimenti u organizzazzjonijiet pubbliċi rispettivi u jagħmel rakkomandazzjonijiet definittivi dwar l-għoti ta’ offerti b’mod li jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur għall-flus bl-inqas nefqa possibbli. F’dan ir-rigward, għandha tingħata kull konsiderazzjoni dovuta - i. lin-nefqa finali inkluża kull nefqa ta’ finanzjament li trid tinħareġ mill- Gvern jew mill-organizzazzjoni pubblika, u ii. l-impatt ta’ kull offerta fuq in-nefqa rikorrenti tal-Gvern jew ta’ l- organizzazzjoni pubblika; 3. jirrapporta kull irregolarità li jista’ jiġi mgħarraf biha jew li jista’ jintebah biha fil-proċess ta’ dħul ta’ offerti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dan lill- Ministru li taħtu tkun taqa’ r-responsabbiltà għal dak id-dipartiment jew organizzazzjoni pubblika; 4. jittratta dwar dawk l-affarijiet li, skond il-kuntratt, għandhom jiġu riferiti lill-Kumitat tal-Kuntratti, u jisma’ u jiddeċiedi dwar tilwimiet bejn dipartimenti jew organizzazzjoni-jiet pubbliċi, skond il-każ, u kuntratturi, li jitnisslu minn kuntratti pubbliċi; u 5. jinvestiga formalment ilmenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kuntratti pubbliċi u akkwisti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwarhom: F’dawn il-każi, ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kuntratti jkollu s-setgħa li jsejjaħ xhieda (li jistgħu jintalbu jikkonfermaw ix-xiehda tagħhom quddiem Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament) u li jqabbad membri li ma jkunux f’dak il-Kumitat sabiex jassistuh fl-investigazzjonijiet tiegħu. IS-SEBA’ SKEDA (Regolament 11(b)) Kumitati għall-Akkwisti 1. Il-Ministru jista’ jawtorizza t-twaqqif ta’ Kumitati, li jissejħu Kumitati għall-Akkwisti, għar-rigward ta’ offerti dipartimentali li l-valur estimattiv tagħhom ikun ta’ aktar minn Lm20,000. 2. Kull Kumitat għall-Akkwisti jintgħamel mill-kap tad-dipartiment jew, fin- nuqqas tiegħu, uffiċjal li jinħatar mill-Ministru minn fost l-aktar uffiċjali anzjani fid- dipartiment li jkun se jagħmel l-akkwist, u dan l-uffiċjal ikun ex officio Chairman tal-Kumitat, u minn mhux inqas minn erba’ membri li jinħatru mill-Ministru, li ebda wieħed minnhom ma għandu jkun qed iwettaq dmirijietu fid-dipartiment li jkun ser jagħmel l-akkwist jew ikun membru tal-persunal tiegħu. 3. Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 6, 8(2), (3) u (4) u 14 u tal-Ħames u Sitt Skedi li jinsabu ma’ dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għat-twaqqif u għall-funzjonijiet ta’ kull Kumitat għall-Akkwisti, iċ- Chairman tiegħu u l-membri tiegħu. AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 13 Pakketti separati fl-offerti Id-Direttur tal-Kuntratti għandu, dwar kull offerta b’valur estimattiv ta’ iżjed minn Lm250,000 jew, fid-diskrezzjoni tiegħu, dwar offerti ta’ valur inqas - 1. jordna li waħda mill-kundizzjonijiet għall-offerti tkun li l-offerti jkunu biss jikkwalifikaw biex jiġu kunsidrati jekk dawn jinkludu f’pakketti separati: i. Garanziji meħtieġa mill-offerta, debitament esegwiti; Kull tagħrif u ċertifikazzjoni xierqa dwar l-offerent; u Patti dwar il-konsenja u l-eżekuzzjoni. ii. Speċifikazzjonijiet tekniċi. iii. Konsiderazzjonijiet finanzjarji inkluż il-prezz għall-iskedar ta’ fattura dwar kwantità , arranġamenti kif ikun se jsir il-finanzjament u patti dwar il-ħlas. 2. Fil-proċess ta’ l-eżami ta’ l-offerta, il-pakketti għall-offerti kollha għandhom jinfetħu fil-pubbliku u fl-ordni fuq indikata. Meta, f’xi stadju, offerent jonqos milli jħares l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-offerta, il-pakketti li jifdal fl-offerta tiegħu għandhom jintwarrbu mingħajr anqas biss ma jinfetħu. 3. Offerta li tiġi mwarrba għandha tingħata pubbliċità fid-Dipartiment tal- Kuntratti u l-offerent għandu jiġi mgħarraf fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta ssir dik il-pubbliċità . 4. Talba għall-eżami mill-ġdid mill-offerent involut trid tasal għand id-Direttur fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni u talba trid tkun imsieħba b’depożitu ta’ 0.5% tal-valur estimattiv ta’ l-offerta, liema depożitu jingħata lura biss jekk id-Direttur tal-Kuntratti jiddeċiedi favur l-offerent: Iżda f’ebda każ id-depożitu m’għandu jkun anqas minn Lm250 jew iżjed minn Lm25,000. 5. Il-Kumitat tal-Kuntratti li jkun għamel l-eżami ta’ dik l-offerta fl-ewwel lok għandu jerġa’ jeżamina s-sitwazzjoni mill-ġdid qabel ma jinbeda l-istadju li jkun imiss ta’ l-eżami. Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi 1. Il-Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi jkun magħmul minn President u minn żewġ membri li jiġu maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu minn sena sa tliet snin. Membru jista’, madankollu, jirriżenja mill-kariga tiegħu billi jibgħat ittra lill-Prim Ministru. 2. Il-Prim Ministru jista’ jaħtar lil xi sostitut biex jagħmilha ta’ President u lil membri sostituti tal-Bord, f’liema każ il-membri għandhom jaqdu dmirijiethom IT-TMIEN SKEDA Emendata:A.L. 140 ta’ l-1996. (Regolament 13) ID-DISA’ SKEDA Emendata:A.L. 98 ta’ l-2002. (Regolament 15) 14 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU skond dak it-tqassim tad-doveri, inkluż dak kollu li jkun jipprovdi dwar l-inkapaċità ta' membri fil-qadi ta’ dmirijiethom u ċirkostanzi oħra, hekk kif jista’ jiġi stabbilit mill-Prim Ministru. 3. Membru tal-Bord ma jistax jitneħħa matul il-perjodu kopert bil-ħatra tiegħu ħlief għal imġieba ħażina bil-provi jew l-inkapaċità li jwettaq dmirijietu. 4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 733 sa 739, it-tnejn inklużi, tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandhom ikun japplikaw għall-President u għall-membri l-oħra tal-Bord dwar l-ilmenti li jkunu qegħdin jiġu ttrattati mill-Bord bl-istess mod bħalma japplikaw għal imħallfin dwar xi kawża li tinġieb quddiem il- qorti. 5. Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew milli tibqa’ membru tal-Bord jekk tkun membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti. 6. Il-membri tal-Bord għandhom jirċievu dak il-kumpens li jista’ jiġi stabbilit mill-Prim Ministru. 7. Il-membri tal-Bord ma jkunu personalment responsabbli għal ebda għemil jew nuqqas tal-Bord li jsir jew jonqos milli jsir bonafidi fit-twettiq tad-doveri tal- Bord. 8. Il-Bord għandu jiġi pprovdut mid-Direttur tal-Kuntratti b'servizzi amministrattivi u segretarjali. 9. Il-President tal-Bord ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda, li jagħti ġuramenti u li jqabbad lil xi uffiċjal tal-Gvern jew espert li ma jkunx uffiċjal tal-Gvern biex jassisti lill-Bord fl-investigazzjonijiet li jagħmel. 10. Is-seduti tal-Bord li matulhom ikun qed jiġi ttrattat l-ilment għandhom jinżammu bil-miftuħ u sew min jagħmel l-ilment sew il-parti aggravata għandu jkollhom id-dritt li jattendu u jkunu msieħba minn kull min iridu, sew jekk ikollu professjoni sew jekk le, li jkunu jqisu adatt biex jiddefendi l-interessi tagħhom. 11. Il-President għandu jiżgura li matul is-smigħ pubbliku kull parti li jkollha interess tingħata l-opportunità li tippreżenta l-każ tagħha. 12. Membru tal-Bord li jista’ jkollu xi interess dirett jew mhux f'xi kuntratt li jsir is-suġġett ta’ lment skond ma hemm fit-Tielet Skeda, għandu jgħarraf lid- Direttur tal-Kuntratti bil-miktub b’dak l-interess li jkollu, f’liema każ dak il-membru jkun prekluż minn kull parteċipazzjoni ulterjuri fis-smigħ ta’ l-ilment. 13. Il-President għandu jaħtar is-smigħ pubbliku mill-aktar fis possibbli wara li jiġi ppubblikat ir-rapport ta’ analisi li jitħejja mid-Direttur tal-Kuntratti skond il- paragrafu 8 tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti. 14. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun waħda finali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni u d-Direttur tal-Kuntratti jkollu l-awtorità li jipproċedi biex jagħti l-kuntratt hekk kif tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tal-Bord u din tiġi mqassma lill-partijiet li jkollhom interess. 15. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom preferibilment jittieħdu abbażi ta’ qbil unanimu. Madankollu, deċiżjonijiet maġġoritarji jkunu finali u vinkolanti ukoll għar-rigward ta’ l-għoti tal-kuntratt. 16. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jiġu ppreżentati mill-President lid- Direttur tal-Kuntratti bil-miktub fi żmien mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax- xogħol wara li tkun saret is-seduta pubblika. Jekk il-Bord ma jkunx kapaċi, għal raġunijiet validi, jlaħħaq ma’ dan it-terminu, d-Direttur tal-Kuntratti għandu jtawwal il-perjodu inkwistjoni jekk tali estensjoni tkun ġustifikament titqies bħala waħda meħtieġa miċ-ċirkostanzi tal-każ. AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 15 17. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandu jkun fihom il-fatti u r-raġunijiet kollha li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni finali tal-Bord. Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jiġu konklużi b’rakkomandazzjonijiet definittivi li jkunu vinkolanti fuq id-Direttur tal-Kuntratti.ż 18. Offerent li jkun qed jagħmel ilment u li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni finali tal-Bord għandu jkollu d-drittijiet kollha legali li jirreferi l-kwistjoni quddiem Qorti tal-Ġustizzja u li jikseb dak ir-rimedju jew kumpens li jqis li jkun lilu dovut bħala riżultat tad-deċiżjoni li jista' ma jkunx jaqbel magħha. Tali rikors minn offerent quddiem Qorti tal-Ġustizzja ma għandux iżomm lid-Direttur tal-Kuntratti milli jimplimenta d-deċiżjoni finali tal-Bord.